Posted by: thewritingstudio | March 24, 2010

Il-Karnival

Wahda mill-festi  tradizzjonali Maltin huwa l-karnival li jsir ezatt qabel ma jibda r-Randan li hu zmien ta’ penitenza u talb.

Dan ilu jsir minn zmien il-kavallieri u x’aktarx li beda fl-elf hames mija u hamsa u tletin.  Il-karnival huwa zmien ta bluha u hafna nies jilbsu kostumi kuluriti u tad-dahk li trid seba’ ghajnejn biex tarahom.  Matul dawn it-tlitt ijiem li jdum il-karnival isiru diversi festi fl-irhula ta Malta u t’Ghawdex, fosthom in-Nadur u Marsalforn Ghawdex, izda il-qofol tieghu jkun fil-Belt Valletta fejn isir l-isfilata tal-karrijiet dekorattivi, maskri grotteski, karretuni, karozzi mzejna u hafna ohrajn.

Hafna nies immoru jaraw iz-zfin bil-kumpanija tal-kostumi.  Gieli daqs kemm ikun hemm nies il-pjazza tkun mimlija daqs bajda u hadd ma jkun jista’ jiccaqlaq.  Dawk li jiehdu sehem fl-isfilata tal-karnival jibdew minn xhur qabel bix-xoghol tal-karrijiet u jonfqu mijjiet ta’ ewro li juzawhom kemm biex jiddekoraw il-karrijiet kif ukoll fuq il-kostumi li jilbsu z-zghazagh li jifformaw il-kumpanija fuq il-karru.

Tinzifen ukoll il-Parata li tfakkarna fir-rebha li l-Maltin u l-kavallieri kellhom fuq it-Torok fl-Assedju l-Kbir tal-elf hames mija hamsa u sittin. Ta’ min isemmi wkoll il-Kukkanja u l-Qarcilla li kienu zewg attrazzjonijiet taz-zmien il-kavallieri li llum il-gurnata sfortunatament m’ghadniex narawhom. Iz-zifna nazzjonali ta’ Malta maghrufa bhala l-Maltija, tinzifen f’dawn il-jiem mit-tfal tal-iskejjel. Is-Sibt filghodu jkun maghruf bhala l-Karnival tat-Tfal.

Tabilhaqq dan huwa zmien ta’ bluha! U x’hemm hazin li wiehed jinsa ghal ftit jiem is-serjeta, l-inkwiet, l-istudju, ix-xoghol u jiddeverti!

Leah Sammut u Diane Cutajar 6.1


Responses

  1. prosit

  2. very nice story. viva l-karnival

  3. prosit nice story


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Categories

%d bloggers like this: