Posted by: thewritingstudio | March 24, 2010

Il-Klassi silenzjuza

Darba wahda, eluf ta snin ilu, gewwa rahal imbieghed, kien hemm skola. Go din l-iskola kien hemm klassi ta tfal bil-ghaqal, li dejjem jaghmlu x-xoghol kollu, jobdu kull kelma li jghid l-ghalliem u ma jitilfux sekonda li hi sekonda mil-lezzjoni.

Imma sewwa jghidu li x-xitan m’ghandux halib u jaghmel il-gbejniet. Ghodwa wahda, waqt li l-istudenti kienu ghaddejjin bix-xoghol tas-soltu, fil-klassi fegg farfett magiku. dan il-farfett trasparenti kellu l-kapacita li jtir b’heffa tal-ghageb u peress li kien invizibli u hafif rixa lanqas biss kont tinduna li spicca mperrec fuq widnejk jew imniehrek jew fuq xaghrek.

Dan il-farfett magiku kellu missjoni. Xoghlu kien li jara kif din il-klassi jaqlibha ta’ taht fuq. Allura beda jpespes f’widnejn dik u f’widnejn l-iehor. Il-kliem imsahhar li beda jghid wassal biex l-istudenti jibdew jaraw lil xulxin daqs li kieku kienu draguni b’ sitt irjus, b’ghaxar widnejn, bi snien jaqtghu daqs xafra u b’par gwienah li hekk kien jinfethu kienu jghattu r-raggi tax xemx. Ghalhekk peress li bdew jaraw lil xulxin koroh, ma ridux ikellmu aktar lil xulxin u hadd ma ried joqghod fejn l-iehor.

Ghall-ewwel, il-povru ghalliem ma setax jifhem x’ beda jigri, kif nofs l-istudenti bdew jinbidlu fi draguni ta’ sitt irjus u kif dan is-seher beda jinfirex b’ ritmu mghaggel ma kulhadd. Izda fittex minn hemm u qalleb minn hawn, fl-ahhar sab ktieb tal-magija li jiftakar lil Adam u Eva. Fih kien hemm is-soluzzjoni li ggib il-paci. Ghalhekk redden l-erba’ kelmiet magici u duhhan misterjuz mela kullimkien. Hekk kif id-dahna ghebet, it-tfal regghu inbidlu fl-angli tas-soltu, bil-gwienah bojod iperpru, bir raggiera tonda tonda (ta whud kienet ovali) u bid-dija hierga minn wicchom.

Izda is-seher kellu effett stramb, bhal ma jigri meta tiehu xi medicina u jkollok lista shiha ta sied effects. L-ghalliem induna li l-istudenti kienu mmutaw u biex tghaxxaqha, hekk kif kienu jghidu kelma, quddiemhom kienet tfegg berqa roza u minn gol-berqa taqa’ karta. Din il-karta kienet ggieghlek tibda tikteb fuqha bla waqfien, sakemm tinhlielek il-linka jew idek tigi vjola jew il-biro tibda tisparkja.

Il-problema hija li l-istudenti spiccaw kollha wicc Laskri, jistennew li tfigg il-berqa roza bir-rigal abbinat maghha. Mill-banda l-ohra, l-ghalliem beda jibza’ li jekk jnehhi s-seher, jerga jfigg il-farfett invizzibli li jibdel it-tfal fi draguni. Allura x’ser jigri? Min ser isib is-soluzzjoni kif jitnehha s-seher u fl-istess hin il-farfett magiku jibqa ‘l barra mill-klassi? Iz-zmien ghad jaghtina parir.

J. Sammut 6.1


Responses

  1. Nice story sir. L-istorja biddiltha minn kif ghidtha l-iskola.

  2. Storja tajba u immaginattiva hafna.

  3. Storja sabieha Sir.

  4. prosit hafna sir

  5. Prosit ħafna sir.Qatt m’ghaddieli minn rasi li fl-istorja tieghek aħna konna se nsiru draguni!

  6. Komponiment tal-ghageb!!!
    Ghandek immaginazzjoni tal-genn!!!
    Prosit hafna imma nahseb ahna dejjem angli!!!


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Categories

%d bloggers like this: