Posted by: thewritingstudio | March 30, 2010

Gurnata bix-xita

Il-Ġimgħa filgħaxija konna ferħanin se ntiru għax l-għada filgħodu konna sejrin jum fil- kampanja. Dik il-ferħa spiccat bla temma għax filgħodu nfetħu bwieb is-sema. Jien u ħija malli qomna, kellna geddum sal-art u b’wiċċ Laskri.

      Ommna kellmitna u qaltilna li ma kien jaħti ħadd u għalhekk aħjar naħsbu f’xi ħaġa biex nimpenjaw ruħna. F’leħħa ta’ berqa ġie ħsieb f’moħħi, li nistgħu nagħmlu kamp żgħir. Ħija għoġbitu l-idea u ommna ħallietna. Tlajna fil-kamra tal-ġenituri tagħna u ġibna lużar kbir mill-gwardarobba. Għamilna l-kamp fuq it-tapit tas-salott.

      Jien u ħija daħħalna ftit ħobż u gallettini fil-kamp. Fil-kamp għamilna festa nieklu.Wara ftit ħija ħareġ mill-kamp u ġab logħba li t-tnejn inħobbu nilagħbu.Bdejna nimpikaw u nillatikaw daqs kelb u qattus ghax it-tnejn ridna nirbħu. Il-ħin tar u meta f’nofs in-nhar il-mama’ għajtitilna biex nieklu, aħna ovjament, ma kellniex ġuħ, għax konna mifqugħin bil-ħobż u l-gallettini li kielna qabel. Fil-kamp konna komdi daqs ir-re u r-reġina fil-palazz.

     Wara ftit ħin, jien u ħija ddeċidejna li noħorġu mill-kamp. L-immaġinazzjoni ħaditna f’ġungla. Immaġinajna li l-purtieri kienu l-ħaxix. Bdejna nesploraw l-ġungla, biex nippruvaw insibu xi annimal selvaġġ u feroċi. Sibna affarijiet li ħadd qatt ma ra bħalhom qabel u semmejnihom għalina. F’tebqa t’għajn, inqtajt minn ġewwa x’ħin ħija qabeż fuqi minn wara u għamel ħoss ta’ ors feroċi.

     Għalkemm ma mornix jum fil-kampanja xorta ħadna gost id-dar. Minn dak in-nhar tgħallimna biex ma ngħoddux il-flieles qabel ifaqqsu, u ngħixu ġurnata b’ ġurnata.  

Kristina Vella u Selene Deguara 6.1


Responses

  1. Prosit! Storja sabiha hafna.

  2. nice composition


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Categories

%d bloggers like this: