Posted by: thewritingstudio | March 30, 2010

Li kieku kont Dinosawru

LI KIEKU KONT DINOSAWRU

 

          Jien tifla ta’ għaxar snin u l-immaġinazzjoni tiegħi hija kbira daqs illum u għada. Dejjem nimmaġina li kont xi annimal u din id-darba qiegħda nimmaġina li kont dinosawru.

 

          Kieku kont ngħix fl-elfejn u għaxra għax meta waqgħet mitjorita kienet difnitni taht it-trab u bqajt ħajja ġol-bajda. Matul iż-żmien ninkixef  u meta nkun fix-xemx infaqqas. Jien kieku nkun għadni żgħira u ninsab fil-kampanja. Kieku kien isibni tifel u jrabbini.

 

          Dan it-tifel jeħodni d-dar tiegħu imma ommu tkeċċini l-barra u nerġa’ nispiċċa fil-kampanja. Kieku jkolli l-ġuħ u nibda niekol il-fniek u l-għasafar. Immur nikkaċċja għall-ikel kuljum, nibda b’ħames darbiet u meta nikber nibda niekol ferm aktar.

 

          Xi darba żgur li jsibuni n-nies u meta jsibuni joħduni biex jagħmluli xi ‘tests’. Jien nibda ngħajjat kemm niflaħ u ninstama minn seba’ mili ‘l bogħod. Meta jsibuni n-nies joħduni f’mużew u jiġu jżuruni mijiet ta’ nies. Kieku nkun qisni Reġina bil-poplu tagħha madwarha. Iktar ma nikber aktar nibda nikber u nsir daqs dinja.

 

           Snieni jkunu kbar u tkun trid seba’ għajnejn biex tarahom. Ikolli ħalqi enormi u jinten seba’ pesti u jkunu jogħqdu elf ruħ fih. Kieku jien jirnexxieli naħrab u nerġa’ nibda ngħix fil-kampanja. Ikolli ħajja sabiħa , jkolli ġilda ħadra u inkun inbeżżgħek aktar minn fatat.

 

          Kieku ħajti ma tispiċċax sew għax jaqbduni n-nies u din id-darba żgur li jagħmluli xi ħaġa ħażina għax nispiċċa maqtula. Għalkemm għandi immaġinazzjoni kbira daqs dinosawru, ħajti toġgħobni kif inhi u ma rridx inbiddilha bl-ebda mod!         

 

JADE BORG U NAOMI VELLA 6.1

           

 

 

 

 

 


Responses

  1. Ahjar bniet sbieh bhalma intom milli dinosawri. Very nice story.

  2. nice story imma nahseb li vera ma tantx kontu ddumu hajjin kieku kontu dinosawri.

  3. Very nice story!


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Categories

%d bloggers like this: