Posted by: thewritingstudio | March 30, 2010

Meta rajt aljen

 Lejl minnhom, ftit tal-gimghat ilu, kont qieghda fis-sodda f’kamarti rieqda daqs bumerin. Meta jien inkun rieqda l-anqas bomba ta’ kanun ma’ jirnexxilha tqajjimni. Izda dak inhar inhsadt. Smajt hafna hsejjes gejjin mill-kamra tieghi u jien mill-ewwel hsibtu hija gej jaghmel xi cajta.

        F’habta u sabta l-art bdiet tirtrieghed. Qalbi bdiet thabbat sitta sitta. Mit-tieqa ta’ magenb is-sodda beda diehel dawl qawwi li ghal ftit ma spiccajtx ghamja nhares lejh. Hekk kif kont qieghda nhares barra mit-tieqa rajt l-istilel normali izda ntbaht li kien hemm wahda li kienet ferm akbar.

        Wara xi hames minuti, gol-gnien li ghandna quddiem id-dar dehret vettura spazjali. Din kienet qisha ajruplan izda kienet irqaq u twila bejn wiehed u iehor hames metri. Il-vettura kienet griza u kellha t-twieqi suwed fahma. Mas-saqaf kien hemm imwahhlin bicciet ta’ hadid kbir li kienu l-istess  kulur bhat-twieqi.

        Il-bieba tal-vettura spazjali nfethet. Minnha hareg aljen orangjo kulur ix-xemx f’inzulha. Wiccu kien kollu bococ kbar wahda hdejn l-ohra. Xaghru kien ahdar u kien qisu xi qanfud. Ghajnejn kellu tlieta kbar u homor u jekk thares lejhom imsarnek jinzlu f’saqajk. Halqu kien simili tal-bniedem izda kien imgebbed minn widna ghal ohra. L-aljen kien liebes qalziet ahmar nar u gakketta safra lellux. Kien liebes zarbun daqs dinja li anke lilu kien jigi kbir. F’rasu l-aljen kien liebes garra bhal tal-hut.

        Jien qbizt mis-sodda u bqajt niezla fil-gnien bil-hwejjeg tal-irqad b’kollox. L-aljen inhasat mhux ftit x’hin ra kreatura differenti minnu. L-aljen kien jinten pesti u zaqqu bdiet taghmel hafna hsejjes strambi bhalli kieku xi tazzi qed jaqghu u jinkisru.

        Jiena bdejt nipprova nkellem lill-aljen izda bil-lingwa ma rnexxielix nikkomunika mieghu. Ghalhekk bdejt naghmel xi mossi. Hu beda jwiegeb  lura bis-sinjali ghal dak li staqsejtu.     Mid-dehra kien aljen li l-hin kollu jgib id-dinja fit-tarf izda jien ma’ mirejtux darba ghax ma kontx naf it-tempra tieghu sa fejn titla’!

        Wara ftit hin hallejtu u jien tlajt lura fis-sodda. Rajtu tielaq gol-vettura spazjali mit-tieqa. Ghalija din l-esperjenza hallietni b’halqi miftuh. Mur ghid lil xi hadd li ltqajt m’aljen kemm kienu jidhku bija!!!

Diane Cutajar, Guiliana Aquilina u Selene Deguara 6.1


Responses

  1. haha nice picture of the aljen sir

    by selene

  2. Your story was so interesting that I did not move from the computer chair. Well Done


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Categories

%d bloggers like this: