Posted by: thewritingstudio | April 16, 2010

Darba wahda f’lejla mudlama.

 

Kien is-Sibt filaghxija u ommi u missieri kellhom tieg bla tfal u ghalhekk kelli noqghod id-dar wahdi ma’ hija.

Jien tlajt fil-kamra tieghi u bdejt naqra ktieb. Fis-siegha u l-hin smajt hoss  stramb gej mill-kcina. Jien hadt qata u mort inqajjem lil hija l-kbir.Imma dak l-anqas bomba ta kanun ma tqajmu. Jien domt naqbez fuqu izda ma ridtx jaf ghax rieqed kien u rieqed baqa’. Ghalhekk ghamilt ftit kuragg u nzilt nara x kien gara. Malli wasalt fuq it-tielet targa hassejt lil xi hadd imissni fuq spallti.

Kien hija l-kbir li biex ma jkissirx l-affarijiet tieghu kien dahal fil-kamra tieghi u hadli pupa li kienet ghal qalbi biex jekk xi hadd ikun se jattakkah ifajjarlu daqqtejn biha. Wara ftit ergajna smajna hoss iehor u taf kif tlajna nigru ‘l fuq ahna haddimna rasna u minflok dhalna fil-kamra taghna dhalna fil-kamra ta’ ommna u missierna. Ahna dhalna fil- kamra tal-genituri taghna ghax hemmhekk kien hemm tieqa li kienet baxxa u barra minn hekk, kien hemm telefown.

Ahna cempilna lil pulizija. Huma ma emmnuniex ghax qalulna li dik il-gurnata kienu cemplulhom hafna tfal u qalulhom li gara hekk izda l-ebda wahda ma kienet vera allura lilna ma emmnuniex bhall-ohrajn. Ahna irrabjajna mhux ftit izda imbaghad mill-ewwel ghaddielna. Ahna imbaghad gietna idea brillanti go mohhna. Ahna ftakarna li fil-gwardarobba ta’ missierna kien hemm zewg mazzez u zewg kpiepel tal-baseball u ahna iddecidejna li nilbsuhom u ninlu isfel naraw minn kien hemm isfel.

Ahna wasalna isfel. Imma hija daqs kemm kien bezziegh qaghad warajja.Jien xghelt id-dawl u nara lil familja kollha tieghi warajja. Huma ghajtu ‘sorpriza’ u jien kien ghoddni waqajt mal-art bil-qatgha li tawni. Jien imbaghad indunajt li hija kien komplici ukoll u li ommi u missieri mhux veru  marru tieg imma qaghdu d-dar bil-mohbi tieghi u mbaghad qaluli ukoll li pulizija kienu z-zijiet taghna ghax hija kien dahhal dak in-numru attaposta.

Jien minn dak inhar qatt iktar ma qghadt wahdi ma hija d-dar!!!!! 

Naomi Vella u Michael Micallef 6.1


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Categories

%d bloggers like this: