Posted by: thewritingstudio | April 16, 2010

IL-Maltempata.

      Jum fost l-oħrajn, Leah u Owen iddeċidew li jmorru jistadu l-Mellieħa. Kmieni filghodu t-tfal marru fuq il-moll. Quddiemhom raw klikka subien ikbar minnhom imma fl-iskola taghhom. Is-subien il-kbar bdew jidhku bihom ghax huma kienu għadhom idhom f’idhom. Iz-zewgt iħbieb rikbu fuq il-fregatina ta’ missier Leah. Qabel ma telqu kien wissihom biex jieħdu ħsieb il-fregatina tiegħu. Nghiduha kif inhi il-fregatina kienet ruħ ommha fi snienha imma kienet għal qalb missier Leah.

          Kif qabdu ħerġin il-barra it-tfal raw żewġ dgħajjes ħergin ‘il barra. Id-dghajsa ta’ missier Leah lanqas kienet tidher jekk tqabbilha ma’ dawk id-dghajjes kbar. Owen ra li kien tajjeb biex inizzu x-xlief tagħhom hemm. X’ħin tefgħu x-xlief tagħhom it-tfal kienu gieli itellgħu żewġ ħutiet f’daqqa. It-tfal lanqas indunaw li kienu ħerġin il-barra ħafna. Kienu spiċċaw bejn sema u ilma. Quddiemhom kienet ġejja bħall-muntanja kbira tat-tajjar abjad. Dghajjes kbar kienu deħlin il-ġewwa imma Leah u Owen lanqas indunaw.

          F’daqqa waħda nfetħu bibien is-sema. Qam ftit riħ u l-mewġ sar gholi. Owen beda jahseb li sewwa kien qal missier Leah meta qal li l-bahar zaqqu ratba u rasu iebsa .It-tfal kemm –il darba ppruvaw jistartjaw il-mutur. L-ahhar darba li ppruvaw jistartjawħ ħarget bħal daħna sewda.It-tfal bdew jibżgħu li se jegħrqu u mhux se jaraw lill-ġenituri u l-ħbiebhom insomma dak il-ħin kollox beda jigihom ġo moħħom.

          Fortunament minn ħdejhom għaddiet skuna. Baħri minnhom sema’ lil Owen jgħajat għal ghajjut. Il-bahri waddablu ħabel u Owen iggranfa miegħu. Waqt li Owen qed jiggranfa Leah telqet tgħum għal ħdejn id-dgħajsa. Baħri qabdilha idha u tellagħha. It-tfal daħlu ġol-kabina biex jisħnu. Ftit mill-baħrin tawhom x’jilbsu peress li kienu imxarrbin il-ħwejjeġ tagħhom.

          It-tfal waslu l-art. Kemm ħadu pjaċir li reġgħu raw fejn kienu qabel ma telqu għal traġedja fuq il-baħar. Ftakru li kienu kwazi għerqu li ma kinux dawk il-baħrin. Ftakru li kienet għerqitilhom id-dgħajsa. Insomma missier Leah ma qal xejn għax aħjar għerqet id-dgħajsa milli t-tfal. Il-baħrin taw żewġ lampukiet kbar lil Leah u Owen. Il-klikka subien l-oħra baqgħu b’ħalqhom miftuħ meta rawhom b’ħut ikbar minn tagħom. Imma t-tfal qatt aktar ma regghu ssuggraw hajjithom fuq il-bahar. 

Owen Muscat, Leah Sammut u Kristina Vella 6.1


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Categories

%d bloggers like this: