Posted by: thewritingstudio | April 16, 2010

Jien u nħares mit-tieqa ta’ kamarti.

         Jien u nħares mit-tieqa ta’ kamarti.Ħarġet ġurnata sabiħa u wara l-iskola  kelli rasi se tinqasam. Tlajt f’kamarti biex nistieħ imma il-ħin kollu bdejt indur l’hemm u l’hawn. L-anqas kelli aptit nagħmel il-homework. Qgħadt inħares barra mit-tieqa biex nara l-ġmiel li ħalaq Alla.

         Rajt raġel xiħ għakka u kien mejjet bi nagħas. Kien għarqan xrabagħax ix-xemx kienet qed taqli l-ankri bis-sħana li kien hemm. Kellu qalziet imqatta’. Kellu ukoll qmis imxammra u kappell biex jgħattilu x-xemx. Kellu xkora fuq spallejh u bdejt nimmaġina li kellu xi ħobż biex ikollu xi ħaġa x’jiekol.

          F’ħin minnhom ħadt qatgha kbira u qalbi għamlet tikk. Kien ġie Ġanni tal-ħaxix. Daqq il-horn tliet darbiet u n-nies kollha ħarġu b’xi basket f’idhom. Kulħadd beda jimbotta biex jieħu l-frott frisk. Ġanni għandu qalbu tad-deheb għax kien hemm tifel żgħir jiċċassa lejn in-nies u Ġanni mar iġib tuffieħa biex  jagħtielu ħalli ikollu xi ħaġa xi inaqqar.

          Xbajt nisma’ lil Ġanni jgħajjat u allura dawwart rasi n-naħa l-oħra.Rajt il-baħar qisu żejt. Kien ċar daqs il-kristall. Rajt ħafna dgħajjes marbutin mal-port għal-kenn. Iffakruni meta n-nannu kien ħariġni fuq il-baħar l-ewwel darba. Rajt raġel u tifel u t-tnejn li huma kellhom tbissima ta’ ferħ.

          F’ħin minnhom smajt il-qanpiena ta’ ferħ. Kienet iżżewġet it-tfajla li kienet tgħix tefgħa ta’ ġebla l-bogħod minnha. Rajtha dieħla l-knisja bl-libsa bajda u bukkett fjuri f’idejha. Rajt lis-sagristan idoqq il-qniepen u bdejt nimmaġinani minfloku għax dejjem ridt indoqqhom

          Għal ħabta tas-sitta inqala ħafna traffiku fit-toroq. Kien hemm ħafna nies għadhom ġejjin mix-xogħol. Il-karozzi kienu qishom serp. It-toroq kienu kollha mimlija bid-duħħan tal-karozzi. Id-duħħan mhux tajjeb għal pulmun tan-nies. Ħafna annimali jmutu. Jagħmel ħażin lill-ambjent għax mhux tajjeb għal fjuri.

          X’ħin daqqu s-sebgħa ommi għajtitli biex ninżel niekol. X’ħin inżilt qgħadt nispjega lil ommi x’rajt. Darba oħra nerġa noqgħod nitawwal il-ġmiel li tana Alla.

Selene Deguara u James Magro 6.1                       

                                      


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Categories

%d bloggers like this: