Posted by: thewritingstudio | April 16, 2010

Meta rajt aljena

Kien is-Sibt filgħodu u f daqqa wahda ħassejt tghezziza. Jien ġismi qam xewk xewk bil-qatgha li ħadt. Jien xtaqt li nkun naf x ġara. Allura mort nittawal mit-tieqa u aqta’ x rajt? ALJENA.

 

Jien bzajt mhux ftit izda imbaghad ikkalmajt. L-aljena kellha sitt idejn u tmien saqajn. Kellha tmien ghajnejn u halq. Din l-aljena, il-kulur taghha kien roza fil-vjola. Kellha balla snien u kull meta kienet tiftah halqa hlief bzieq imwahal ma kellhiex. Jien inzilt s’isfel u malli ftaht il-bieb rajt lil din l-aljena ma’ wicci.

 

Jien ghalaqt il-bieb nigri u tlajt fil-kamra tieghi. Jien mort nittawwal mit-tieqa u bqajt nosservaha l-gurnata kollha. L-aljena baqghet quddiem il-bieb il-gurnata kollha u ghamlet cappa praspar. L-ewwel wahda li niftakar hija x’hin riedet tiekol. Din l-aljena kellha l-guh u allura riedet issib xi haga x tiekol. U filfatt sabet. L-aljena marret tfittex hdejn il-gnien li kellna u sabet gebla. Hi hasbet li kienet xi haga ta l-ikel u allura kilitha u rnexxilha peress li kienet aljena.

 

It-tieni praspura li ghamlet kienet ghax riedet x’tixrob. Hi fittxet izda ma sabet imkien. Hija imbaghad marret tfittex fit-triq u sabet xi haga izda din ma kienx ilma izda zejt tal-karozzi. Hi xorbitu imma jien go qalbi ghedt jaqq izda ghaliha ma kienet xejn hlief ilma.

 

Wara din l-ahhar praspura li ghamlet din l-aljena rajt balla dawl gej mis-sema. Kienet gejja vettura spazjali mis-sema. Din ma kinitx kif narawha soltu izda kienet tonda. Din kien fija daqs dinja u l-kuluri taghha kienu strambi hafna. Il-kuluri taghha kienu skuri hafna. Imbaghad messet mal-art u l-aljena telghet fuqha u taret lura lejn il-pjaneta taghha. Minn dak inhar qatt aktar ma dehret fuq wicc id-dinja.

 

Naomi Vella 6.1


Responses

  1. Storja bomba. Iddeskrivejt tajjeb immens u l-istorja tieghek hallietni mwahhla mas-siggu tal-kompjuter


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Categories

%d bloggers like this: