Posted by: thewritingstudio | April 16, 2010

Meta Rajt Aljena

 

Kien is-Sibt filgħodu u peress li kont ilni ġurnata barra dħalt norqod kmieni. F’daqqa waħda qomt maħsuda għax smajt ħoss qawwi ġej mill-ġardina u dawl dieħel mit-tieqa. 

Qomt u ppruvajt inħares mit-tieqa tal-kamra li kienet tagħti għall-ġardina, imma dawl qawwi aħdar għammixli għajnejja u waqajt fl-art.  Għamilt il-kuraġġ, qbadt il-ġakketta u ħrigt fil-ġardiena.  Kienet kesħa xxoqq il-għadam imma aktar ma bdejt nersaq lejn id-dawl li kien ħdejn is-siġra l-kbira,  aktar bdiet ġejja sħana.  Meta ftit ftit id-dawl beda jintefa rajt vettura spazjali bil-ponta.

Kif ersaqt aktar qrib infetħet bieba u ħareġ ħafna duħħan li meta ħareġ kollu dehret fiġura li tixbah lil bniedem iżda bi ftit stramberiji.  Ġo rasha kienet liebsa ballun tal-ħġieġ u kellha xagħra imqanfed u l-wiċċ kien ta’ kulur aħdar ħaxix.  L-idejn kienu irqaq qishom qasba tixxejjer mar-riħ u mill-bqija l-ilbies kien bħal tagħna għalkemm iż-żarbun naħseb li konna nidħlu jien u oħti fih.

 

Jien għall-bidu xaqq l-għaraq għalija u demmi kesaħ silġ.  Ħsibt biex indabbar rasi iżda hi għajtitli ismi bl-istess lingwa tiegħi. Jien għamilt il-kuraġġ u ersaqt qrib u saqsejtha kif taf titkellem bħali. L-aljena qaltli li hekk kif jidħlu ġo dinja bil-vettura spazjali, dawn mill-ewwel jieħdu l-forma tal-bniedem u jitgħallmu kollox.  Dan minbarra l-idejn għax ghadhom ma qabdux art kif jagħmluhom.  Qaltli li huma minn planeta qrib il-qamar u bħalissa għaddejjin b’titjira mad-dinja.  Qaltli li niżlet hawn għax tagħna kienet l-isbaħ dar li rat.  Ħaditli b’idi u qaltli li kien sar il-ħin biex imorru,  u qabel rikbet tefgħatli ġebla ħadra ġol-but.

Il-Ħadd filgħodu sebaħ normali u ħsibt f’kemm ħlomt iżda x’ħin ilbist il-ġakketta, fil-but sibt ġebla ħadra. Hawnhekk indunajt li fuq Alla ma hemm ħadd u kollox jista jkun.

Naomi Deguara 6.1


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Categories

%d bloggers like this: